Read in English.
Man-naħa tiegħu, Jean-Claude Juncker li sal-bieraħ kien il-President tal-Kummissjoni Ewropea qal li mhux f’idejh biex jikkummenta. Huwa qal dan wara li ġie mistoqsi minn ġurnalista tal-Financial Times fl-aħħar Press Briefing tiegħu bħala President ilbieraħ f’nofsinhar.
Huwa qal li se jkun qed isegwi mill-qrib xi jkun qed jiżviluppa f’Malta iżda qal li mhux f’idejh biex jikkumenta hekk kif mil-lum ħadet l-uffiċċju tagħha l-President il-ġdid Ursula von der Leyen.

Newsbook.com.mt staqsa lill-uffiċċju tagħha għal kumment dwar is-sitwazzjoni f’Malta iżda kelliem għal von der Leyen qal li ma kellux kumment x’jgħaddi bħalissa. Fost il-mistoqsijiet, Newsbook.com.mt staqsa lill-President jekk il-Kummissjoni Ewropea kellhiex kuntatt mal-Prim Ministru Muscat fl-aħħar jiem u x’qed isir mill-Unjoni Ewropea biex tiġi salvagwardjata s-saltna tad-dritt f’Malta.
Newsbook.com.mt llum ħabbar li Joseph Muscat mistenni jirriżenja f’Jannar li ġej.
Juncker dwar is-saltna tad-dritt
Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ Jean-Calude Jucnker ġie mistoqsi wkoll dwar is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt fl-Unjoni Ewropea. Huwa qal li jinkwetah il-fatt li f’aktar minn pajjiż wieħed Ewropew, il-Gvernijiet mhumiex jirrispettaw bis-sħiħ il-liġijiet. Temm jgħid li huwa “highly concerned”.