Filmat: “Mhux faċli li tgħid ċaw” – Cassandra

My 'L-Gharusa' filming journey has just wrapped up 👰❤️

I'm sitting down on my roof, still with Bettina's wedding dress, saying my last goodbyes to her ❤️ I'd be lying if I say that I'm not wiping off tears streaming down my face... I cannot actually believe that this moment has come after these 2 years and a half of hard work, persistence and dedication, that I've realised that it only comes from one word - PASSION ❤️ Given the circumstances of our island's filming industry - you have to be really passionate about it if you want to do it ❤️ 🥂 Cheers to the long days we've spent together, the long nights and the few sleeps we've had to get up and go to our full time job the morning after, the laughs and the crying moments we had together - I look back and I still smile given all the sacrifices we've taken to make something good, work. I'm gonna miss you all, cast and crew! It's been a great pleasure working with you 🙏🏻 Till then, I wish you all guys a great summer, and we see you in end September ❤️😘😁L-Għarusa Justin Farrugia | Steven Dalli | Julian Calleja | Clive Piscopo | Audrey Brincat Dalli | Marco Stafrace | Angelle Farrugia | Isaac Fenech | Charles Aquilina | Lon Joseph Cachia | Miriam Zarb

Posted by Cassandra Spiteri on Tuesday, July 14, 2020

Il-ġbid fuq l-aħħar episodji mit-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa qed joqrob fi tmiemu u issa tkompli tikber l-istennija biex naraw x’se jiġri fit-tliet episodji li fadal li mistennija jixxandru f’Settembru.

Fost l-atturi li lestew ghħal kollox il-filming kien hemm l-attriċi Cassandra Spiteri li tinterpreta l-karattru ta’ Bettina, li madwarha jdur il-misteru tas-sensiela L-Għarusa. Hi kien jonqos l-aħħar żewġ xeni li issa tlestew ukoll.

“Mhux faċli li tgħid ċaw,” ikkummentat l-attriċi hekk kif qasmet mal-pubbliku l-aħħar tislima tagħha lill-karattru ta’ Bettina.

“Kien karattru li verament ħabbejt,” stqarret Cassandra hekk kif żiedet li l-aħħar sentejn u nofs kienu indimentikabbli u rringrazzjat liż-żewġ persuni li emmnu fiha biex setgħet tinterpreta dan il-karattru li seraq il-qlub ta’ eluf ta’ telespettaturi.

Hi temmet billi qalet li, “kien żmien tal-ġenn li se nimmisjah ħafna”.

Is-sensiela L-Għarusa għandha kitna ta’ Audrey Brincat Dalli b’direzzjoni ta’ Justin Farrugia u Steven Dalli għal SharpShootMedia.

Intant, l-attriċi Cassandra Spiteri, ilbieraħ, il-15 ta’ Lulju ċċelebrat it-tielet anniversarju miż-żwieġ tagħha ma’ Daniel. Huma kienu żżewġu fl-2017.

Daniela u Cassandra Spiteri, fil-jum tat-tieġ tagħhom nhar il-15 ta’ Lulju tal 2017. Ritratt: Facebook/DanielSpiteri

Filwaqt li nawguraw lil Daniel u Cassandra aktar snin ta’ mħabba, infakkrukhom li r-repetizzjonijiet mit-tieni staġun ta’ L-Għarusa jixxandru nhar ta’ Tlieta fuq TVM b’żewġ puntati wara xulxin mid-8.45pm ‘il quddiem.