Filmat: “Mhux dak li naqraw fuq Facebook”

Numru ta’ personalitajiet tkellmu mal-istazzjon 103 Malta’s Heart dwar kif qed ikampaw fis-sitwazzjoni kurrenti li għaddej minnu pajjiżna bħall-kumplament tad-dinja.

Claudia Faniello tappella lil kulħadd biex jibqa’ ġewwa u jgawdi dan il-mument billi jaqra, jisma’ l-mużika.. u jiekol!

Ivan Borg ta’ Red Electrick jisħaq fuq l-importanza li nikkoperaw mal-awtoritajiet filwaqt li Lyndsay Pace tgħid li għandna nappoġġjaw lil kulħadd u nkunu responsabbli..

Glen Vella jħeġġeġ lil kulħadd biex iqatta’ ħin mal-għeżież tiegħu fid-dar.

Finalment, Corazòn Mizzi tappella biex nisimgħu minn dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet u “mhux minn dak li jgħidulna l-ġirien jew dak li naqraw fuq Facebook”.

#weareallinthistogether

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn