Filmat: “M’hemmx karità ikbar milli tagħti l-ħajja lil ħaddieħor” – Dr Alexander Aquilina

Għada s-Sibt 5 ta’ Settembru jitfakkar il-Jum Dinji tal-Karità. Filwaqt li normalment nassoċjaw il-karità ma’ donazzjonijiet ta’ flus li xi għaqda jew oħra, jeżistu bosta forom oħra ta’ karità, fosthom anke l-għoti tad-demm.

“M’hemmx karita ikbar milli tagħti l-ħajja lil ħaddieħor, li tagħti ċans lil ħaddieħor biex jgħix,” spjega Dr Alexander Aquilina, id-direttur tal-Bank tad-Demm fi Gwardamanġa.

Fl-intervista li tidher sħiħa f’din l-intervista, Dr Aquilina jispjega l-ħtieġa ta’ bejn 40 u 50 borza demm kuljum. Dawn mhux neċċesarjament għal inċidenti li jkunu seħħew iżda hemm bżonn id-demm għat-trattament għal kanċer.

Dr Aquilina jitkellem ukoll x’miżuri qed jittieħdu f’dawn iż-żminijiet bħala prevenżjoni għal Covid-19 biex min jagħti d-demm (id-donatur) ikun jista’ jserraħ moħħu. Jispejga wkoll li sa fejn hu magħruf s’issa min jirċievi d-demm mhuwiex x’riskju li jieħu l-virus minħabba li l-Coronvirus ma jittieħidx mid-demm.

Il-Bank tad-Demm huwa miftuħ kuljum inkluż fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi bejn it-8am u s-6pm.

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat li hawn f’din il-paġna.