Filmat: M’hemmx biżżejjed kliem biex niddeskrivu din l-audition

Ritratt: Facebook/Celine Agius

Fl-aħħar minuti is-sit soċjali X Factor Global għażel l-audition ta’ Celine Agius, mill-programm tal-Ħadd li għadda ta’ X Factor Malta, biex jinkludiha fuq il-paġna tiegħu.

Bl-istorja mqanqla tagħha ta’ kif għal bosta snin sfat vittmi ta’ attakki personali, tant li kellha tieqaf tkanta, Celine rnexxielha tissorprendi lill-4 membri tal-ġurija bl-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta Rise Like A Phoenix ta’ Conchita Wurst.

X Factor Global iddeskrivew lil Celine bħala eżempju ċar li wieħed m’għandu jaqta’ qalbu qatt.

Segwi mill-ġdid l-audition ta’ din il-kantanta li issa se nkunu qed inkomplu nsegwuha fil-fażi tal-Bootcamp, li tibda fuq TVM mill-Ħadd li ġej mid-8.50pm ‘il quddiem.

AQRA: Kont ibbuljata fuq il-midja soċjali