Filmat: M’għandux potenzjal biżżejjed għal X Factor

No Roots hija l-kanzunetta li biha qed jidhru quddiem il-ġurija Mark Spiteri, Jasmine Abela u Luke Vassallo.

Alexandra tikkummenta u tinnota li Jasmine u Luke kapaċi jaħdmu f’tim, filwaqt li għal Mark il-vjaġġ waqaf ma’ dan il-programm.

Jasmine, li rajniha f’diversi kompetizzjonijiet u xows oħra, għandha 20 sena u ammettiet li fl- auditions ħakimha l-eċitament.

Minn naħa tiegħu Mark esprima d-dwejjaq u d-dispjaċir, iżda fl-istess ħin stqarr li jinsab kuntent li rnexxielu jasal s’hawn.

L-X Factor se jkompli għal Jasmine u Luke.