Filmat: “M’għandniex oppożizzjoni f’Malta bħalissa” – Tolu

Mina Tolu li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-Alternattiva Demokratika (AD) qalu li bħalissa f’Malta m’hemmx oppożizzjoni.

Ma’ Newsbook.com.mt Tolu qalu li f’pajjiż fejn hemm żewġ partiti kbar, kien ovvju li l-Partit Laburista kien se jirbaħ l-elezzjoni b’distakk daqstant kbir. Qalu li ma kienux sorpriżi bir-riżultat.

Tolu qalu li japprezzaw l-vot ta’ dawk li emmnu fl-AD. Qalu wkoll li fadlilhom ħafna x’jitgħallmu però li beħsiebhom jerġgħu jikkontestaw.

Filmat: Luke Zerafa