Filmat: “M’għandekx taċċetta nuqqas ta’ rispett, abbuż u vjolenza f’isem l-imħabba” – Claudia

Messaġġ minn Claudia Faniello, kantanta.

M’għandekx għalfejn taċċetta nuqqas ta’ rispett, abbuż u vjolenza f’isem l-imħabba. Tkellem ma’ min jista jgħinek. Ċempel 179.Messaġġ minn Claudia Faniello, kantanta.-You do not have to accept lack of respect, abuse and violence in the name of love. Speak to someone who can help. Call 179.Message from Claudia Faniello, singer.#intkapaċi #youcan #notoabuse #notoviolence #pleaseshare #legħallabbuż #legħallvjolenza #jekkjogħġbokxerred

Posted by Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence on Monday, July 13, 2020

Il-kantanta Claudia Faniello wasslet filmat fejn hi tħeġġeġ lil dawk kollu li qed isofru minn vjolenza domestika, biex ma jgħixux dan il-mument weħidhom.

“M’għandekx għalfejn tibqa’ tbati fis-silenzju. M’għandekx taċċetta nuqqas ta’ rispett, abbuż u vjolenza f’isem l-imħabba. Tkellem ma’ min jista’ jgħinek,” tħeġġiġhom hi.

“F’relazzjoni sana fejn hemm l-imħabba, il-persuni jibżgħu għal xulxin. Ma jpoġġux fil-periklu lill-għeżież tagħhom. Jekk jagħmlu hekk għandhom bżonn ta’ għajnuna professjonali. Ħs ħsieb tiegħek innifsek. M’intix waħdem. Tkellem ma’ min jista’ jgħinek,” ittemm tgħid hi waqt lik tfakkar li n-numru biex tagħmel dan huwa 179.