Filmat: “M’għandekx għalfejn tistħi” – Luke

Luke Lyttleton

Kien għad kellu 30 sena u kien għadu kif jiżżewweġ. Ix-xewqa tiegħu dejjem kienet li jkollu t-tfal u għaldaqstant kienet ħasda meta sar jaf li kellu l-kanċer fit-testikoli.  

Peress li x-xahar ta’ Novembru hu x-xahar assoċjat mal-għarfien tal-kanċer tal-irġiel fosthom il-prostata u testikoli. Għalhekk Luke Lyttleton tkellem ma’ newsbook.com.mt dwar l-esperjenza li għadda minnu.

Wieħed normalment għandu t-tendenza li joqgħod lura milli jmur jiċċekkja  minħabba li jistħi jiċċekkja l-partijiet privati iżda Luke jesiġi li wieħed m’għandhux jistħi.

Apparti li jaqsam l-esperjenza tiegħu, f’din l-intervista Luke jitkellem dwar il-proċess kollu sa minn żmien ta’ dubju qabel mar jiċċekkja, iż-żmien li sar jaf u l-proċess li ġie wara.

Jitkellem dwar il-fatt li llum minkejja dak li għadda minnu sar ukoll missier u jisħaq kif wieħed għandu jmur jiċċekkja meta jġoss xi ħaġa.

“Wieħed m’għandux iħalli ġimgaħ għax dawk il-ġranet jistgħu jfissru ħafna,” jikkummenta hu,

Segwi l-intervista sħiħa hawn:

Intervista: Frederick Zammit

Muntaġġ: Sarah Salafia