Filmat: Mewtek fuq Salib

Mewtek fuq Salib hi kanzunetta ta’ Darrel Pace li tittratta pass pass it-tbatijiet differenti li għadda minnhom Ġesù fil-passjoni tiegħu. Matul il-kazunetta jkun hemm in-narratur-kantant li jesprimi l-gratitudni lejn Ġesù u jaqsam ir-riflessjoni u l-esperjenza tiegħu billi jwaħħad it-tbatijiet personali tiegħu bħala bniedem, ma’ dawk ta’ Ġesù fil-passjoni tiegħu.

Fil-bidu tal-filmat jidhru pass pass tbatijiet differenti li Ġesù għadda minnhom – mit-twelid fl-għar ta’ Betlem sal-mewt tiegħu fuq is-salib. Tul il-filmat, kollox jiġi msejjes fuq il-misteri tat-tbatija – Ġesù fl-Ort tal-Ġetsemani, is-swat, il-kuruna tax-xewk, il-ġarr tas-salib u t-tislib. Fl-aħħar mill-aħħar kollox jikseb sinifikat permezz tal-qawmien ta’ Ġesù u hawnhekk fejn id-diska tilħaq il-qofol tagħha.

Hi diska li toffri opportunità lil kull min jismagħha sabiex jieqaf u jirrifletti ftit fuq iż-żminijiet li għaddejjin minnhom.

Hi kanzunetta mibnija b’arranġament mużikali ta’ Praise you in this storm tal-grupp Casting Crowns u l-lirika oriġinali ta’ Darrel Pace nnifsu.