Filmat: “Mewta Siekta hi storja ta’ dieqa”

Mewta Siekta - Dokumentarju Oriġinali ta' Television Malta

Mewta Siekta - Storja ta' regħba u ngann rrakuntata mill-ftit li b'xorti għadhom qed jieħdu nifs.25-09-20 fid-21:05 fuq Television Malta.'Mewta Siekta - a story of greed, ignorance and at times wilful deception of honest and hardworking men, told from the few who are luckily still breathing.

Posted by Television Malta on Wednesday, September 9, 2020

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru fid-9.05pm Television Malta se jkun qed ixxandar id-dokumentarju Mewta Siekta, b’taħlita ta’ intervisti u materjal mill-arkivji.

Fi kliem il-ġurnalist ta’ TVM Liam Carter li flimkien ma’ krew mill-istazzjon nazzjonali ħejja dan id-dokumentarju, “Mewta Siekta hi storja ta’ dieqa. Hi storja ta’ tbatija siekta li ħafna ħaddiema minsija għaddew minnha wara li żviluppaw kumplikazzjonijiet mediċi minħabba x-xogħol tagħhom partikularment Mesothelioma. Hi storja li se tiżvela dettalji ġodda saħansitra dwar kif ċertu ħaddiem mhedda b’sensji.”

Fil-fatt skont studju mediku li sar miċ-Ċentru ta’ Studju dwar il-Kanċer Ambjentali Taljan, Malta għandha fost l-ogħla rata ta’ dan it-tip ta’ kanċer.

Id-dokumentarju jinkludi wkoll analiżi medika u legali dwar din il-kwistjoni.