Filmat: Zaw Moe Htet – ဖားကန္႔ သတင္း
Minn tal-inqas 160 persuna mietu f’minjiera tal-ħaġar fin-naħa ta’ fuq ta’ Myanmar wara li mewġa ta’ tajn telgħet sa din il-minjiera.
Din il-mewġa ġiet ikkawżata minħabba xita qawwija li kaxkret dak kollu li sabet quddiemha.
Myanmar huwa pajjiż li jinsab fil-Punent tal-Bangladesh.
Il-minjiera tal-ħaġar f’Myanmar hija l-ikbar waħda fid-dinja. Sfortunatament mas-snin kien hemm diversi inċidenti li ħallew numru kbir ta’ nies mejta.
L-uffiċjali tal-pajjiż qalu li nstabu 162 persuna mingħajr ħajja u 54 persuna midruba filwaqt li n-numru ta’ nies mitlufa għadu mhux magħruf.
Il-Pulizija qalet li diversi persuni wissew lill-ħaddiema biex ma jmorrux għax-xogħol wara x-xita qalila u dan seta’ salva numru kbir ta’ persuni li semgħu minn din it-twissija.
Il-Filmat juri l-mument li l-mewġa ta’ tajn telgħet lejn il-minjiera tal-ħaġar.