Filmat: Methode Electronics inkurunati bħala ċampjins

Mill-kampjonat tal-Industries Sport Association, Methode Electronics ġew inkurunati bħala ċampjins għat-tielet darba f’erba’ snin.
Kienet partita fuq naħa waħda meta Methode ġabu fix-xejn lil Toly Products bl-iskor ta’ 8-2.
Methode li matematikament kienu diġa rebbieħa tal-kampjonat filwaqt li Toly l-uniku ċans li għandhom għal din is-sena huwa t-tieni post.
L-iskwadra tal-Methode kienet magħmula minn David Chircop bejn il-lasti, Jonathan Debono l-awtur tal-ewwel gowl, Clint Refalo, Josef Felice l-awtur tas-sitt gowl, Justin Buhagiar, Kane Psaila li sar it-top scorer tal-kampjonat meta skurja s-seba’ u t-tmien gowl, Clive Spiteri li skurja t-tielet u r-raba’ gowl, Paul Bugeja li skurja t-tieni gowl, Mark Camilleri li skurja l-ħames gowl u Philip Chircop.
Għal Toly Products kellhom lil David Aquilina bejn il-lasti, Mark Massa li skurja l-ewwel gowl, Charlton Mifsud, Geoffrey Cardona, Josef Dalli l-awtur tat-tieni gowl, Justin Tabone, David Cassar, Matthew Bugeja u Ivan Camilleri.
Wara t-tisfira finali, is-Segretarju tal-ISA Robert Massa ppreżenta t-tazza lil captain tal-Methode Paul Bugeja li mbagħad ingħaqad mal-bqija tat-tim għaċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-kampjonat.