Filmat: Meteorita ddawwal il-lejl f’Bukarest

Meteorita li għaddiet minn fuq il-belt ta’ Bukarest dehret f’filmat li qed idur fil-midja soċjali.
Dan il-filmat ittieħed mill-kameras tas-sigurtà.
Fis-satra tal-lejl, bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, il-meteorita tidher iddawwal is-sema.
L-aġenzija spazjali Russa, Rosa qalet li d-dija seħħet hekk kif il-meteorita daħlet fl-atmosfera tad-dinja.
Apparti n-nies minn djarhom, id-dawl rawh ukoll l-mijiet ta’ persuni li kienu fil-vetturi tagħhom fil-belt kapitali tar-Rumanija.