Filmat: “Meta twieled bid-Down Syndrome, l-isptar bagħtulna bereavement midwife”

Matul it-tqala tagħha, Michelle de Maria ma kinitx taf li t-tifel tagħha, Sam, kellu Down Syndrome.

“Meta twieled, aħna konna naqra xxukjati. Ma konniex nafu x’laqagħtna. U minn dak il-lat, ħassejna li l-isptar ma tantx għenuna. Qishom bdew jibżaw minna,” De Maria spjegat lil Newsbook.com.mt.

De Maria qalet li l-kura tat-tifel fl-isptar kien eżemplari. Izda, fl-opinjoni tagħha, il-kura tal-ġenituri – jiġifieri tagħha u tar-ragel, missier it-tifel – ma kienx biżżejjed:

“Mil-lat mediku, jgħidulek il-possibilitajiet kollha li jista’ jkollu t-tifel, u dik kienet difficili ħafna għalina fl-ewwel ġranet… hemm għalfejn inkun nafhom issa, illum, l-ewwel ġurnata? Dan se ibiddel xi ħaġa?”

De Maria qalet li kien hemm tabib wieħed li vera għenhom, billi ħa il-ħin biex jitkellem magħhom u jieħu ħsibhom bħala ġenituri.

Illum, Sam għandu 8 snin u sejjer tajjeb ħafna. L-iskola għandu l-ħbieb u jidħol mat-tfal tal-klassi tiegħu għal kull suġġett ħlief għall-Matematika.

Fil-futur, x’tixtieq għalih il-mamà tiegħu?

Filmat: Miguela Xuereb

Muntaġġ: Coryse Borg