Filmat: Meta nemusa waqqfet il-ġbid ta’ L-Għarusa

Grazzi għal Sharp Shoot Media, permezz ta’ din il-paġna qed inwasslulkom ftit mumenti ħelwin minn fuq is-sett tas-sensiela L-Għarusa li kienet qed tixxandar b’suċċess fuq TVM. Is-sensiela waqfet ħesrem minħabba li kellu jieqaf il-ġbid u jonqos tlett puntati għal tmiem l-istorja.

Bla dubju li ħafna minnkom qed jistennew bil-ħerqa li titkompla l-istorja iżda sadattanta inwasslulkom dawn il-ftit mumenti fosthom anki meta minħabba f’nemusa kellu jieqaf il-ġbid.

Fil-filmat naraw ukoll mumenti fejn l-atturi jitfixklu fil-linji waqt il-ġbid u wkoll mumenti fejn l-atturi u l-crew anki jiċċajtaw bejniethom, f’mumenti li żgur mhux se taraw fil-puntati tas-sensiela.

Fil-ġranet li ġejjin, newsbook.com.mt se jkun qed iwasslilkom aktar mumenti simili minn fuq is-sett ta’ L-Għarusa.