Filmat: “Meta jkolli bżonn se nmur inħabbat il-bieb?” – Pamela

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Bernard Micallef u l-kantanta Pamela Bezzina.

Il-qari tal-ġurnata

Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħdha tfittex? Hi ħasbet li kien il-ġennien, u qaltlu: “Sidi, jekk neħħejtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura.” Ġesù weġibha: “Marjam!” Hi daret u qaltlu: “Rabbuni!” (jiġifieri, Mgħallem). Ġesù qalilha: “Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla’ għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.” Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar: “Rajt il-Mulej u tani dil-bxara.”

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.