Filmat: “Meta ħarist ‘il fuq tfajt bewsa lil ommi” – Edward

Edward Abdilla

Edward kien ferm eċċitat fil-lejl ta’ qabel l-ewwel auditions u kien mar fuq il-post tal-auditions mis-7 ta’ filgħodu. Il-Ukulele jistqarr li beda jdoqqha b’kumbinazzjoi meta qabad b’idejh l-istrument ta’ ħabib tiegħu. Laqtu l-ħoss ta’ dan l-instrument u l-għada mar jixtri wieħed u xahrejn wara kien qed jagħmel l-audition għal X Factor bil-ukelele.

Għalih is-Six Chair Challenge kienet l-iktar fażi li kienet eċċitanti u l-iktar fażi li ħassu komdu fiha.

Wara din il-wirja hu jidher jitfa’ l-bewsa ‘l fuq li fisser li dik il-bewsa kienet għal ommu, li llum m’għadhiex magħna. Jemmen li l-ansjetà li jsofri ġejja mit-trawma li għadda minnu meta ommu kienet għadha ħajja u dam tlett xhur kuljum l-isptar.

Jiddeskrivi lil ommu bħala dik li kienet id-dinja għalih.

Fil-Judges Houses hu kanta l-kanzunetta Falling in Love ta’ Elvis Presley. Jistqarr li ma jħobbx jagħmel cover versions, iżda din il-kanzunetta partikolari kienet il-favorita ta’ ommu.

Dwar il-live shows, Edward Abdilla diġà qed joħloq aspettativa meta qal li b’dak li qed jipprepeara se jkun qed jieħu riskju kbir.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għal biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com