Filmat: Meta għandek tgħid “le grazzi”?

Tnediet il-kampajna “Le grazzi, se nsuq” biex tħeġġeġ lill-pubbliku biex ma jsuqx wara li jkun xorob.

Id-Direttriċi tal-Promozzjoni tas-Saħħa Dr Paula Vassallo qalet li l-imwiet huma biss problema waħda minn ħafna. Qalet li din is-sena 16-il persuna mietu f’inċidenti tat-traffiku u qalet li wara kull statistika hemm familja.

Ma’ Newsbook.com.mt Vassallo qalet li l-kampanja ta’ kontra s-sewaqn taħt l-effett tax-xorb qed issir b’kollaborazzjoni bejn numru ta’ entitajiet.

Dr Jonathan Joslin, konsulent fid-Dipartiment tal-Emerġenza qal ma’ Newsbook.com.mt li l-kampanja għandha ssir matul is-sena kollha.

Filmati: Monique Agius