Filmat: Messaġġ qawwi lil hinn mill-Milied kummerċjali

Int, L-isbaħ Rigal - MaltaPost Christmas Video 2019

We are delighted to announce the launch of our Christmas promo ad. We hope you like it as much as we do ❤🥰😊Spread some love. Tag your loved ones in the comments below ❤

Posted by MaltaPost on Thursday, December 5, 2019

Ftit tal-jiem ilu, il-MaltaPost ħarġet riklam b’messaġġ qawwi li jmur lil hinn mill-Milied kummerċjali. Snin ilu l-uniku mezz ta’ komunikazzjoni bejn qraba u hbieb f’Malta u barra minn Malta kienet il-posta, u llum għalkemm l-ittri u l-kartolini ma tantx għadhom jintbagħtu minħabba l-użu tat-teknoloġija l-posta xorta għandha rwol importanti mmens fil-komunitá.

Illum il-ġurnata kulħadd mehdi fid-dinja diġitali u l-ħin li qed inqattu’ mall-maħbubin tagħna huwa limitat. L-għan ta’ dan ir-riklam huwa li jqanqal emozzjoni lil hinn mill-kummerċjaliżmu sfrenat tallum u jfakkarna li fl-aħħar mill-aħħar l-aktar ħaġa importanti huma l-maħbubin tagħna.

Aidan Cassar u Denise Mercieca fil-filmat

F’dan ir-riklam qed issir enfasi fuq ‘l-isbaħ rigal’ li hu xejn aktar mill-ħin li nqattgħu mal-maħbubin tagħna.

MaryRose Mallia

Lil hinn mill-kummerċjalizmu tal-preżent u dak kollu li jtellifna minn dan iż-żmien tant sabiħ, huwa li nuru l-importanza ta’ kull individwu, għax nemmnu li kulħadd għandu x’joffri u kulħadd isarraf xi ħaga.

Mario Micallef

Bħala protagonisti ta’ dan il-filmat qasir imma b’messaġġ qawwi, insibu lill-ikoni MaryRose Mallia u Mario Micallef. Dan il-filmat għandu produzzjoni ta Aidan Cassar, li wkoll jinstema’ jkanta fih.