Filmat: Messaġġ bis-sinjali minn Ira Losco sal-PM

Noqogħdu d-Dar

Abbiltajiet differenti, lingwi differenti, kulturi differenti, twemmin differenti iżda umanità waħda, b'għan wieħed - li nibqgħu sikuri. Il-komunità tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ f’Malta u Għawdex ingħaqdet ma' diversi personalitajiet minn madwar il-gżejjer biex twassal dan il-messaġġ bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Jekk jogħġbok ibqa' d-dar. Jekk jogħġbok żomm pajjiżna sikur. Jekk jogħġbok irrispetta lil dawk vulnerabbli u lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa. Dan il-video nħoloq mill-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ flimkien mal-Kunsill tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Grazzi speċjali lill-parteċipanti kollha kif ukoll lil dawk kollha involuti biex dan il-video jkun possibbli <3 #noqogħduddar #LingwaTasSinjaliMaltija______________________________________________Different abilities, different languages, different cultures, different beliefs but one humanity with one goal - to stay safe. The Deaf community in Malta and Gozo teamed up with various personalities from across the islands to deliver this message in Maltese Sign Language. Please stay home. Please keep our country safe. Please respect the vulnerable and our healthcare workers. This video was created by Deaf People Association - Malta in conjunction with the Maltese Sign Language Council. Special thanks to all participants as well as all those involved in making this video possible <3 #stayhome #staysafe #socialdistancing #MalteseSignLanguage #COVID19

Posted by Deaf People Association - Malta on Saturday, April 4, 2020

F’dan il-filmat taraw għadd ta’ politiċi u personalitajiet magħrufa bħall-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia, Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, l-Isqof Mario Grech, Ira Losco, Justin Haber, Owen Bonnici, Claire Agius Ordway, Oliver Scicluna, Xandru Grech, Clare Agius, Sander Agius, Fr Martin Micallef, Kim Dalli, Ludwig Farrugia, Mark Doneo, Valentina Rossi, Vittorio Gauci, Gaia Cauchi u Kevin Paul Calleja laqgħu t-talba tal-komunità tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ f’Malta u Għawdex biex twassal dan il-messaġġ bil-lingwa tas-sinjali Maltija.

Il-messaġġ hu sempliċi li jinftiehem minn kulħadd: “Noqogħdu d-dar”. Però mhuwiex sempliċiment messaġġ b’vidjow biex wieħed joqgħod jammira lil dawk li pparteċipaw fih iżda nagħmlu dak li fil-fatt huwa mitlub minna lkoll sabiex nirrispettaw lilna nfusna kif ukoll lil dawk il-persuni vulnerabbli u lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn