Filmat: Mess mad-droga u llum biddel ħajtu

Il-programm Umani li jixxandar illejla fis-7pm fuq TVM jitratta l-istorja ta’ raġel li meta kien żgħir kellu passat imqalleb, mess mad-droga, spiċċa l-Qorti, u ħafna taqlib ieħor.  Iżda mbagħad ltaqa’ ma’ messaġġi pożittivi u filmati ta’ motivazzjoni u biddel ħajtu.  Jean Paul Attard ta’ 37 sena issa qed jaħdem biex fil-futur ikollu organizazzjoni li permezz tagħha jagħti s-saħħa pożittiva lin-nies, għax jemmen li b’dan il-mod tista’ tbiddel ħajtek u tagħti futur sabiħ għalik u għal ta’ madwarek. 

Jean Paul jesprimi r-rabja li kellu meta kien żgħir minħabba d-depression akuta li kien isofri minnha missieru, it-tbatija ta’ ommu iżda wkoll il-pożittivita’ li biha tista’ ssebbaħ dinja.  Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat.