Filmat: “Mela ejjew ngħidu Viva Malta”

Read in English.

Permezz tal-paġna informattiva Covid-19 Malta qed isir appell lill-pubbliku biex jibgħat il-verżjoni tiegħu tal-kanzunetta li hija miktuba u oriġinarjament kantata minn Freddie Portelli.

Biex tibgħat il-verżjoni tiegħek, mur fuq il-paġna u agħafas fuq Viva Malta. Ikklikkja fuq ‘Irrekordja l-Vidjow’, ilbes earphones jew headphones biex tisma’ l-verżjoni kantata minn Amber (hawn fuq) u kanta magħha.

Jekk ma tħossokx komdu li tkanta, tista’ tissinkronizza max-xoffa flimkien mal-kliem. Wara li tlesti l-verżjoni tiegħek, tista’ tirrekordja vidjow ieħor tiżfen mal-kanzunetta, titbissem u tagħmel sinjal tal-qalb b’idejk. Fl-aħħarnett, ikklikkja ‘Issottometti’.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn