Filmat: Meadow Strings b’vidjo mużikali ġdid; Alive titratta s-sbuħija tan-natura

Ritratt: Facebook

Il-duo akustiku Meadow Strings fl-aħħar ġranet għadhom kif nehdew vidjow mużikali, silta oriġinali bl-isem ta’ Alive.

Ritratt: Facebook

Iffurmat minn Mario Camilleri u Magdalene Farrugia, Meadow Strings ilhom sentejn fix-xena mużikali, u matulhom dan iż-żmien ħadu sehem f’diversi attivitajiet għall-benefiċenza kif ukoll f’diversi postijiet ta’ divertiment. Il-kantanta Magdalene għandha karriera li tmur lura 20 sena tkanta bħala solista f’diversi korijiet u anki weħidha. Illum il-ġurnata qegħda tiffoka l-aktar fuq il-grupp.

Il-kitarrist Mario Camilleri idoqq b’ċerta passjoni u l-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ dan id-duo.

L-isbuħija u l-imħabba lejn in-natura hija t-tema tal-ewwel kanzunetta tagħhom u fi żmien li ġej se nkunu qed nisimgħu aktar siltiet oriġinali. Infatti, Meadow Strings qed jaħdmu fuq żewġ siltiet oħra.