Filmat: Matthew James u Ira Losco b’kanzunetta dwar tama u kompassjoni

Read in English.

L-2020 kienet sena mimlija proġetti għall-kantawtur u producer Matthew James. B’kollaborazzjonijiet ma’ artisti fosthom The Busker u t-twelid tal-grupp new electro-pop-wave M-Team, Matthew James irnexxielu jgawdi mis-suċċess u jżomm post fil-quċċata tal-klassifiċi tal-mużika lokali għal iktar minn kwart tas-sena.

Biex jiċċelebra din is-sena tant produttiva minkejja l-pandemija li laqtet id-dinja u lill-artisti b’mod speċjali, Matthew James ħoloq kollaborazzjoni ma’ Ira Losco.

In the Rain hija kanzunetta li żgur ser tmiss il-qlub ta’ dawk li jisimgħuha permezz tal-lirika li huma tant relevanti għaż żminijiet li għaddejjin minnhom.

“Qed ngħixu fi żminijiet diffiċli” jgħidilna Matthew waqt li jisħaq li “huwa importanti li ma nħallux lilna nfusna naqgħu fid-dlam iżda nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inkunu aħna d-dawl u t-tama”.

Ira qalet li “In The Rain hija kanzunetta dwar tama u kompassjoni, dwar kif tbiddel dak il-ħażin fit-tajjeb u dwar kif għandek taħtaf iċ-ċans fil-mument opportun. Ovvjament ix-xita mhux dejjem hija pjaċevoli imma nistgħu noħroġu niżfnu fiha u nagħmlu dak il-mument speċjali, mument temporanju fejn tinsa’ l-problemi, mument spontanju u li jibqa’ memorja għal dejjem!’’

Produced, mixed u mastered minn Howard Keith minn JaggedHouse Studios, ‘In the rain’ iggib magħha il-ħoss akustiku li issa huwa sinonimu ma’ Matthew James.