Filmat: Matthew James lura bil-ħoss akustiku

Read in English.

Matthew James irritorna fix-xena mużikali bl-ewwel silta għall-2020. Din iġġib l-isem ta’ Road Trip.

Matthew ilu dawn l-aħħar sentejn jaħdem fuq il-mużika bħala solist u Road Trip hija l-ewwel waħda għal din is-sena fejn jirritorna bil-ħoss li tant hu magħruf għalih li huwa dak akustiku. Is-silta għandha rakkont dwar dawk in-nies li jimlew ħajjitna bid-dawl, l-ferħ u l-posittività f’dinja u ħajja li xi drabi jaf tkun mudlama.

Il-vidjow mużikali b’direzzjoni, iffilmjat u b’muntaġġ minn Matthew stess u jinkludi animazzjoni mill-artist lokali Simon Callus kif ukoll korjografijja nostalġika minn Warren Bonello.

Matt jgħidilna li “Din is-silta hi ddedikata għal dawk in-nies li għandhom qalb tajba u li jippruvaw dak kollu li jistgħu biex id-dinja li ngħixu fiha tkun aħjar billi jgħinu u jkunu pożittivi. Jien inħossni grat li sibt lil dawn it-tip ta’ nies f’ħajti meta l-iktar kelli bzonn”.

‘Road Trip’ hija l-ewwel fost numru ta’ kanzunetti li huma ppjanati li jinħarġu din is-sena. Kompla qal li “l-2019 kienet inkreddibli għalijja għaliex kelli l-unur li nipproduċi materjal ta’ ħafna artisti lokali bħal SterjoTipi u wħud mill-kontestanti ta’ X Factor Malta kif ukoll naħdem fuq mużika għal films. Issa ħerqan biex niffoka fuq x’ser toffri din is-sena u biex nara r-reazzjoni tan-nies lejn dak il-materjal li ser noħroġ”.