Filmat: Materjal ġdid minn Mistura waqt l-Għanafest

Waqt l-Għanafest ta’ din is-sena, apparti l-għana, se jkun hemm ħafna mużika b’stili differenti, inklużi dik minn bands lokali u internazzjonali. Il-bands Maltin Skald, The Travellers u Mistura, kif ukoll Sherazade et Lavion Rose, grupp folkloristiku Franċiż, se jkunu qiegħdin jipparteċipaw f’dan il-festival tant popolari.

Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali.

F’dan il-filmat, niltaqgħu ma’ Antonio Olivari mill-band Mistura.

L-Għanafest se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju. Il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.

Filmat: Malcolm Agius

Intervista: Coryse Borg

Muntaġġ: Sarah Salafia