Filmat: “Mason meta jorqod jinsa jieħu nifs; għandna 8 snin l-Ingilterra”

Mason għandu madwar tmien snin għall-kura fl-Ingilterra hekk kif twieled b’kundizzjoni li ġġiegħlu jinsa jieħu nifs meta jorqod.
Ommu Daniela, f’intervista ma’ Xarabank qalet li ftit tal-ħin wara li twieled indunaw li meta jorqod jinsa jieħu nifs u minħabba f’hekk isir blu.
Biex jgħix, il-ġenituri ta’ Mason kellhom jitilqu Malta u bil-għajnuna ta’ Puttinu Cares marru jgħixu l-Ingilterra. Huma se jkollhom jibqgħu hemm minn tal-inqas tmien snin u għalhekk, Daniela qalet li d-dar li ppreparat għal binha għadu qatt ma daħal fiha.
Ix-xewqa ta’ omm Mason tibqa’ dik li jfiq kompletament, minkejja li taf li hija xi ħaġa impossibli.
Tgħid li l-fatt li biex Mason jorqod trid tqabbaddlu magna ma’ wiċċu, tillimita l-bonding li għandu jkollha omm ma’ binha.
“Malcolm, Daniela, busu t-tifel għalijja” – in-nannu ta’ Mason
In-nannu ta’ Mason li qiegħed Malta qal li ma jniżżilx il-fatt li qed ikollhom jgħixu ’l bogħod minn pajjiżhom għal tant snin.
Sostna li hija għafsa tal-qalb meta jiltaqa’ man-neputijiet l-oħra tiegħu u jirrealizza li ċ-ċkejken Mason ma jistax ikun magħhom.
Fil-Ġimgħa l-Kbira tinsewx lil Puttinu.