Sibtek li jmiss mimli missirijiet maltin - programm speciali ghal Jum il-Missier 💙💙💙#staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin
Posted by Sibtek on Monday, June 15, 2020
Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek li jixxandar fis-12.45pm fuq TVM, Maryrose Mallia tfakkar il-memorja tal-mibki Josie Coppini u semmi esperjenzi profondi ħafna li kellha meta ħadmet ma’ Josie. Huma filfatt ħadmu fuq is-sensiela Ir-Ronnie, li kienet l-aħħar xogħol televiżiv ta’ dan l-attur.
Waqt Sibtek tal-lum se naraw ħafna missirijiet li se jgħidu tagħhom dwar l-irwol ta’ missier.
Fost ħafna intervisti Ser naraw lil Mark Lawrence Zammit ma’ missieru, lil Clara Farrugia ma’ missierha u lil Jessika Muscat ma’ missierha ukoll.
Daniel Chircop ta’ Danusan jitkellem dwar ħuh David li m’għadux magħna. Hu jitkellem dwar ir-relazzjoni sabiħa li kellhom bejniethom.
Waqt dan il-programm se naraw lill-kantant Victorio Gauci ta’ The Crowns, flimkien mal- familja tiegħu.
Geo Debono u l-mara tiegħu Deborah se jitkellmu dwar il-proponiment speċjali ħafna li hu kien għamlilha.
Illum se nsegwu ħafna spettaklu minn kantanti lokali u se jkun hemm ukoll sorpriża ħelwa.
Sibtek tal-lum se jkun wieħed emozzjonali, divertenti u mimli spettaklu.