Filmat: Marru l-bank biex jiġbdu l-flus u ngħataw l-isbaħ sorpriża

Bank partikolari ddeċieda li jagħti sorpriża mill-isbaħ lill-klijenti regolari tiegħu.
Għalhekk ATM inbidlet f’kabina minn fejn rappreżentant tal-bank ikkomunika mal-klijenti u sar jaf iktar mill-qrib is-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom.
Dawn il-klijenti baqgħu ferm mistagħġba meta saru jafu li kienu bnew relazzjoni mal-ħaddiema tal-bank.
Il-klijenti f’atmosfera iktar komda minn uffiċċju setgħu jitkellmu aktar fil-miftuħ fuq il-ħajja personali tagħhom, b’uħud minnhom jgħidu li għaddejjin minn sitwazzjonijiet partikolari u oħra li għandhom qraba li qed jiġġieldu l-kanċer.
Il-Bank beda jgħaddi rigali personalizzati lil dawn il-klijenti.