​Filmat: Marru jgħumu u spiċċaw jitbenġlu

Diversi persuni spiċċaw ixxukkjati u mimlija tbenġil wara li tela' sħab iswed u f'daqqa waħda beda niżel silġ kbir fuq xtajta fis-Siberja. Is-silġ li niżel kien daqs blalen tal-golf.
Filli jitbasktu f'xemx taqli l-ġrieden f'temperatura ta' 37 grad celsius u f'daqqa waħda r-riħ ried jgħollihom.
Tant kienet esperjenza tal-biża' għal uħud minn dawk li kienu fuq il-bajja, li fil-filmat tinstema' mara tgħid "Jekk immutu, inħobbkom."
Uħud mit-tfal kienu b'għajnejhom fid-dmugħ, jistkennu taħt is-siġar.