Is-Sliem għalik (Pamela Bezzina)Nilqgħu fostna lura l-Kwadru għażiż tal-Madonna Ta’ Pinu wara x-xogħol ta’ restawr li sar fuqu b’din l-għanja oriġinali li kkomponiet u kantat apposta għal dan is-seba’ Erbgħa tal-Madonna l-kantanta brava Għawdxija Pamela Bezzina.Tgħidilna hi stess: “Marija dejjem kienet personaġġ li affaxxinani u ammirajt! Lil hinn mit-trobbija u r-reliġjon li nħaddan, lil Marija rajtha dejjem bħala mara, bħali u bħal ħafna nisa oħra, li għaddiet kontinwament minn ġudizzji tas-soċjetà, bħalna u iktar; minn mumenti ta’ tbatija emozzjonali kbira fejn rat lil Binha jiġi meqjum, mgħajjar u maqtul inġustament; minn mumenti ta’ dubji, ansjetà, biża’, solitudni, u trawma, bħal ħafna minna… iżda hi baqgħet hemm sal-aħħar, f’silenzju li jirrifletti l-fidi sħiħa li kellha f’Alla u fil-missjoni tiegħu għaliha.Ġejt mitluba nibgħat vidjo tiegħi nkanta innu Marjan – ma xtaqtx nagħmel innu kwalunkwe, u lanqas wieħed li ntuża kemm-il darba. Fittixt ħafna, iżda ma sibtx dak li kont qed infittex u ddeċidejt li nagħmel waħda mill-Ave Maria tradizzjonali. Imma xorta xi ħaġa bdiet timbuttani biex nagħmel xi ħaġa bil-Malti, u f’mument minnhom intfajt fuq il-pjanu u bdew ħerġin noti u melodiji fuq il-kliem tas-Sliema – u b’hekk inħolqot din l-Ave Maria bil-Malti: is-“Sliem għalik”.Grazzi lil Angela Tirchett li akkumpanjatni fuq il-pjanu, u nixtieq ngħid grazzi kbira lil Dorienne u Francesco Pio, għaliex bla ma jafu, tawni opportunità li nġedded memorji sbieħ ħafna tat-tfulija, u ħadt pjaċir immens nikteb din il-melodija, li llum nixtieq naqsamha ma’ min bħali għandu għal qalbu lil Marija, Omm il-bnedmin.#marijaharisna #nghannulekminndjarna #madonnatapinu
Posted by Diocese of Gozo on Tuesday, June 16, 2020
Ilbieraħ fuq il-paġna uffiċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex ittella’ l-filmat li juri l-kantanta Pamela Bezzina tkanta it-talba ta’ Is-Sliema. Din saret fl-okkażjoni tax-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu.
Akkumpanjata fuq il-pjanu minn Angela Tirchett, Pamela twassal verżjoni mill-isbaħ ta’ din it-talba.
“Marija dejjem kienet personaġġ li affaxxinani u ammirajt! Lil hinn mit-trobbija u r-reliġjon li nħaddan, lil Marija rajtha dejjem bħala mara, bħali u bħal ħafna nisa oħra, li għaddiet kontinwament minn ġudizzji tas-soċjetà, bħalna u iktar; minn mumenti ta’ tbatija emozzjonali kbira fejn rat lil Binha jiġi meqjum, mgħajjar u maqtul inġustament; minn mumenti ta’ dubji, ansjetà, biża’, solitudni, u trawma, bħal ħafna minna… iżda hi baqgħet hemm sal-aħħar, f’silenzju li jirrifletti l-fidi sħiħa li kellha f’Alla u fil-missjoni tiegħu għaliha,” ikkummentat il-kantanta Għawdxija.
Kollox beda meta Pamela kienet intalbet tibgħat vidjow tagħha tkanta innu Marjan u ħasset li ma kelliex tagħmel innu kwalunkwe, u lanqas wieħed li ntuża kemm-il darba.
“Fittixt ħafna, iżda ma sibtx dak li kont qed infittex u ddeċidejt li nagħmel waħda mill-Ave Maria tradizzjonali. Imma xorta xi ħaġa bdiet timbuttani biex nagħmel xi ħaġa bil-Malti, u f’mument minnhom intfajt fuq il-pjanu u bdew ħerġin noti u melodiji fuq il-kliem tas-Sliema – u b’hekk inħolqot din l-Ave Maria bil-Malti: is-“Sliem għalik”.
Pamela rringrazzjat lil Dorienne u Francesco Pio tal-opportunità li ngħatat li ħġedded memorji sbieħ ħafna tat-tfulija.
“Ħadt pjaċir immens nikteb din il-melodija, li llum nixtieq naqsamha ma’ min bħali għandu għal qalbu lil Marija, Omm il-bnedmin.”
Nilqgħu fostna lura l-Kwadru għażiż tal-Madonna Ta’ Pinu wara x-xogħol ta’ restawr li sar fuqu b’din l-għanja oriġinali li kkomponiet u kantat apposta għal dan is-seba’ Erbgħa tal-Madonna l-kantanta brava Għawdxija Pamela Bezzina.