Filmat: Margerita titlob biex tiltaqa’ ma’ binha

L-episodju li jmiss ta’ Fattigi jixxandar illejla fuq ;l-istazzjon Net fil-ħin tad-8.45pm. Illejla se naraw lil Catherine u lil Mandy jiltaqgħu b’kumbinazzjoni. X’se tkun ir-reazzjoni tagħhom? X’se jiġri?

Bertu jsib lil Maurizio jċanfar lil Francis u dan jaqbeż għaliha.

Maryanne tkompli toħroġ filgħaxija u tinjora lil żewġha Jonathan. Din il-ħaġa qed tkiddu.

Margerita titlob lil Alla, biex ilaqqagħha ma’ binha.

Gregory jesprimi ruħu sew ma’ Samantha, dwar it-tarbija u x’jiġri wara kull deċiżjoni.

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

Dan hu dak li se jkun qed jiġri fil-puntata tal-lejla:

Fattigi għandu produzzjoni ta’ Watermelon Media.