Filmat: Mara tisraq il-pjanti minn parapett ta’ dar

Filmat juri kif mara serqet il-pjanti minn residenza f’Ħal Qormi.

Newsbook jinsab infurmat li l-każ seħħ il-Ħamis 8 ta’ Awwissu, iżda jidher li minħabba li l-mara li toqgħod fir-residenza kienet imsiefra, ftit ġimgħat wara, hekk kif waslet mis-safar, hi staqsiet lil uliedha dwar il-pjanti.

Wara li saru tfittxijiet fuq is-CCTV, jirriżulta li mara serqet dawn il-pjanti mill-parapett, bil-vettura li ntużat x’aktarx li hi tat-tip Skoda.