Filmat: Mara tiġbed lill-Papa lejha; jitlob maħfra talli rrabja

Il-Papa Franġisku għamel apoloġija lil mara li taha daqqa ħafifa fuq idejha wara li ġibditu lejha minn idu. Dan waqt li kien qed isellem lil dawk li nġemgħu fi Pjazza San Pietru lbieraħ.

Il-Papa sostna li f’dak il-mument tilef il-paċenzja. Jidher li l-Papa nħasad malli din il-mara ġibditu lejha.

Spjega li l-bnedmin ħafna drabi jitilfu l-paċenzja u hu mhux bil-wisq inqas. Hu skuża ruħu mat-tmiem tal-Quddiesa tradizzjonali tal-Ewwel tas-Sena.