Filmat: “… Mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob”

Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistiedna ta’ George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attriċi u preżentatriċi Louise Doneo.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Mark. Mk 1, 29-39

L-għada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob. Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh. Kif sabuh, qalulu: “Kulħadd jistaqsi għalik”. U qalilhom: “Ejjew immorru band’oħra, fl-irħula tal-qrib, ħalli nipprietka hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.