Filmat: Maltija f’Io Canto fuq Canale 5

Veronica Rotin ta’ 9 snin ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tal-programm Io Canto fuq l-istazzjon Canale 5.

Hija kantat il-kanzunetta "And I'm telling you" ta’ Jennifer Hudson.

Il-programm ixxandar ilbieraħ filgħaxija. Din hija r-raba’ edizzjoni tal-programm ippreżentat minn Gerry Scotti.

Il-premju finali f’din il-kompetizzjoni huwa kors ta’ taħriġ mal-Akkademja tal-Films fi New York. 

FIlmat: http://www.video.mediaset.it/video/io_canto/esibizioni/406390/and-i-m-telling-you.html

Fl-edizzjoni tal-Ħadd li ġej, mistennija tieħu sehem kantanta oħra Maltija. Din hija Shauna Vassallo.