Filmat: Malti ta’ 16 il-sena jirbaħ tellieqa tal-Karting fi Sqallija

Nicky Gauci, sewwieq tal-karting Malti u membru tal-Karting Club Malta, li għad għandu biss sittax-il sena, rebaħ l-ewwel round tal-kampjonat tal-karting ġewwa Sqallija meta ikkompeta fil-klassi magħrufa bħalha 125 Rotax.
Gauci u tlett sewwieqa Maltin oħra, Jake Agius, Neville Zammit u Luke Muscat, ikkompetew kontra erba’ sewwieqa Sqallin.
Wara li għadda mill-kwalifikazzjonijiet, Gauci spiċċa s-semi-finali b’vantaġġ ta’ 5.350 sekondi fuq l-isqalli Massimo Angelo ,meta fil-finali d-distakk bejn Massimo Angelo u Gauci kiber għal 13.783 sekonda, iżda t-tieni post ittieħed minn sewwieq Sqalli ieħor Puglisi Michele b’distakk ta’ 1.526 sekonda.
B’hekk it-tellieqa intrebħet minn Gauci u l-aħjar ħin ta’ Gauci kien ta’ 46.265 sekonda, li ġie reġisrat waqt is-Semi Finali.
Luke Muscat, għalkemm spiċċa t-tellieq fit-tielet post, kellhom jiżdiedu xi penali għalhekk gie relegat għar-raba post. Jake Agius spiċċa fil-ħames post, waqt li Neville Zammit kellu jabbanduna it-tellieqa wara biss żewġ dawriet minħabba ħsarat tekniċi.
Gauci huwa mistenni li jitlef ir-round illi jmiss minħabba impenji skolastiċi, iżda il-vantaġġ li akwista f’dan l-ewwel round għandu jgħin il-Gauci fil-kumplament tal-kampjonat.