Filmat: Malti jipproponi lit-tfajla b’żifna ta’ tliet robots

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=mB3tQb3wj2k]

Daniel Camilleri, żagħżugħ Malti ta’ 25 sena li jgħix Manchester ippropona lit-tfajla tiegħu Claire Farrugia bl-għajnuna ta’ tliet robots.
Camilleri programma r-robots biex jiżfnu waqt li hu kanta d-diska Just the Way You Are ta’ Bruno Mars.
Malli spiċċat id-diska, hu ppropona lil Claire, it-tfajla li kien ilu magħha għal dawn l-aħħar erba’ snin, u li immedjatament qatgħetlu xewqtu.
Ma’ ġurnal barrani Camilleri qal kif hu u Farrugia jaħdmu fl-industrija tar-robotika u għalhekk ħass li kienet importanti li jinkludiha bħala parti mill-proposta.
Huwa kompla jgħid kif minn dejjem kien jaf li jrid iqatta’ ħajtu ma’ Claire, it-tfajla li ltaqa’ magħha waqt li kienu qed jistudjaw ir-robotika.
Daniel qal ukoll li kien ilu xhur twal jaħdem fuq il-kodiċi tal-koreografija tar-robots u tkellem dwar kemm kienet diffiċli li jġibhom sinkronizzati.