San Trifone Adelfia, festival annwali fil-belt ta’ Bari fl-Italja sfaxxa fix-xejn, hekk kif maltempata qalila laqtet ir-reġjun.
Sensiela ta’ ritratti u filmati juru l-effetti gravi li ħalla t-temp fuq dan l-avveniment tant mistenni.
Kull sena, dan il-festival jattira ammont kbir ta’ turisti, hekk kif il-programm jinkludi diversi attrazzjonijiet, li jvarjaw minn spettakli tal-murtali sa xows bil-‘hot air balloons’.
Fuq Twitter, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien ħareġ avviż hekk kif maltempata u xita qalila kienu qed jiġu osservata riesqa lejn ir-reġjun.
Minn naħa tagħha, il-Brigata tat-Tifi tan-Nar qalet li f’temp ta’ ġurnata waħda, diġà saru madwar 800 intervent għall-maltemp, li affettwa b’mod partikolari Sqallija, Kalabrija, Basilicata u l-Puglia.