Filmat: Maltempata “tat-twerwir” f’Madrid; jinġarru l-karozzi

Reuters

Il-belt kapitali Spanjola, Madrid, intlaqtet minn maltempata qawwija bis-silġ. Dan wassal għal għargħar fil-belt u fl-inħawi. Ħafna karozzi spiċċaw jinġarru bl-ilmijiet.

F’Arganda del Rey, 30 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Madrid, in-nies intlemħu jikinsu tunnellati ta’ silġ.

Waħda mir-residenti qalet lil Reuters li “l-maltempata kienet tat-twerwir. L-għargħar kien f’saħħtu, bl-ilma beda dieħel fil-ħwienet”.

Il-pumpiera qalu fuq Twitter, li ħames vetturi u żewġ karozzi tal-linja kienu maqbuda fl-għargħar u li kienu qed jaħdmu bla heda biex isolvu l-problema.  B’kollox matul il-lejl li għadda, is-servizzi ta’ emerġenza assistew f’tal-inqas 150 każ.