Filmat: Maltempata taħkem il-Gżejjer Maltin

Fl-aħħar ħin maltempata kbira ħakmet il-Gżejjer Maltin.

L-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ maltempati bir-ragħad b’xita moderata għal qawwija. Hemm ċans ukoll li x-xita tkun bis-silġ.

Ix-xita jidher li mistennija tibqa’ tippersisti sa għada, madanakollu l-Ħadd mistennija toħroġ ix-xemx f’xi waqtiet. Hekk kif it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab. Iżda t-temp ikrah se jkompli jippersisti għal ftit jiem oħrajn.

Skont it-tbassir għas-sebat ijiem li ġejjin tal-istess uffiċċju metereoloġiku, it-temp mistenni jkun xemxi nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li ġejjin.

Għandek ritratti jew filmati tal-maltemp? Ibagħthom fuq info@newsbook.com.mt.