Filmat: Malta tiċċelebra l-bidu tas-sena 2015

Min f’xi ristorant, min f’xi lukanda, min fid-dar, min mal-familja u min mal-ħbieb. B’xi mod jew ieħor il-Maltin kollha lbieraħ iċċelebraw il-bidu tas-sena 2015, sena li bħal kull sena oħra se toffri kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet.
Minkejja li lbieraħ Malta kellha wieħed mill-iktar iljieli kisħin, bit-temperatura tinżel sa anke 3oC f’ċerti lokalitajiet, mijiet ta’ Maltin marru fi Pjazza San Ġorġ biex flimkien jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2015.
Fil-bidu taċ-ċerimonja kien hemm brass band li ħolqot atmosfera mill-isbaħ fost dawk preżenti. Wara kien hemm ukoll produzzjoni tal-cartoon li ħolqu studenti tal-MCAST. Din kienet ipproġettata mal-faċċata tal-Palazz tal-President.
Mal-countdown kien hemm il-murtali, confetti u l-band daqqet Auld Lang Syne, poeżija popolari ta’ poeta Skoċċiż li f’ħafna pajjiżi jindaqq mat-tokki ta’ nofsillejl biex tiżżi ħajr lis-sena li tkun għadha kif għaddiet.
Fill-Valletta Waterfront kien hemm ukoll wirja tan-naf ral-ajru fuq il-Port il-Kbir, li kien issinkronizzat mal-mużika.

Ritratti u filmat: Facebook