Filmat: Malta ta’ eżempju dwar l-immigrazzjoni – James Grech

Il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew James Grech qal li Malta kienet ta’ eżempju fl-immigrazzjoni kif bil-ħsieb u bil-qbil “ma’ min għandu kuxjenza” wieħed ikun jista’ jasal. Żied jgħid li hemm pajjiżi li jitrattaw il-kwistjoni tal-immigrazzjoni b’mod populista.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-PE, Grech qal li 15 il-sena ilu meta l-poplu Malti kellu jiddeċiedi jekk Malta għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea kien hemm min kien xettiku u kien hemm min ma kienx qed jifhem.

Grech qal li hu kien ġej mis-settur finanzjarju u fakkar fil-kriżi ekonomika tal-2008. Qal li wara, żdiedu ħafna regolamenti.

Aktar aħbarijiet mill-kampanja elettorali minn hawn.