Filmat: Malajr sab x’jagħmel waqt li qed jistenna!

Il-ħin ta’ stennija f’ajruport jaf ikun tedjanti, speċjalment jekk it-titjira li tkun trid taqbad tkun se titlaq kważi 24 siegħa wara.
Richard Dunn hekk ġralu fl-ajurport ta’ Las Vegas. Ippospona t-titjira tiegħu sal-għada filgħodu iżda ġara li ma kellux biżżejjed ċans biex imur isib lukanda fejn jistrieħ mal-lejl.
Minflok, qabad il-mowbajl, tefa’ id-diska ta’ Celine Dione, All by Myself u ntefa’ jiġbed filmat addatat kemm għad-diski, imma fuq kollox għas-sitwazzjoni li spiċċa fiha hu stess.