Filmat: Prietka tal-Milied fi stil ta’ makkjetta

Il-Priedka tal-Milied

Din hija l-prietka tal-Milied mingħand Jomike u Lydon, f'forma ta’ makjetta.Il-festi t-tajba. Infakkrukom li L-Istrina l-għada tal-Milied. Grazzi!Ikantaw: Jomike u Lydon Mużika: Augusto Cardinale Lirika: Anthony Baldacchino

Posted by L-istrina on Thursday, December 24, 2020

Bi tħejjija għall-edizzjoni tas-Sibt li ġej ta’ L-Istrina s-sorpriżi mhux qed jonqsu u proprju lejliet il-Milied fejn il-prietka hija parti mit-tradizzjonijiet, Jomike Agius u ibnu Lydon, rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni Malta’s Got Talent ippreżentaw ukoll il-verżjoni tagħhom tal-prietka tal-Milied, li b’differenza minn prietki oħra, din qed titwassal f’forma ta’ makkjetta.

B’lirika ta’ Anthony M Baldacchino u mużika ta’ Augusto Cardinale, il-lirika hi waħda pjuttost attwali li apparti li titratta ż-żmien tal-Milied titratta wkoll iż-żminijiet li qed ngħixu bħalissa fosthom anke l-appelli ta’ Prof. Charmaine Gauci, kif ukoll b’appelli għall-ġabra ta’ kull sena ta’ L-Istrina, li se tkun qed tixxandar nhar is-Sibt 26 ta’ Diċembru f’xandira diretta fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.

Jomike & lydon

L-Istrina: Flimkien b’solidarjeta – din is-sena aktar minn qatt qabel!