Filmat: Tnediet il-kanzunetta ta’ Malta għall-Junior Eurovision

Għaddejjin il-preparamenti għall-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fi Gliwice fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru.

Eliana Gomez Blanco hija l-15-il parteċipanta Maltija f’dan il-konkors li se jidħol fis-17-il edizzjoni tiegħu.

Il-kanzunetta li se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna saret magħrufa proprju ftit tal-ħin ilu hekk kif inħareġ ukoll il-vidjo uffiċjali tal-kanzunetta We are More, bi kliem ta’ Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee filwaqt li l-mużika hija ta’ Jonas Thander u Rachel Suter.