Filmat: Magħrufa l-ewwel tliet finalisti ta’ Malta’s Got Talent

Joseph Mangion Malta's Got Talent

Mill-bieraħ filgħaxija bdew is-semifinali tal-ewwel edizzjoni tal-programm Malta’s Got Talent ppreżentati minn Gordon Bonello. Din kienet l-ewwel minn edizzjoni pjuttost differenti hekk kif l-udjenza kienet waħda virtwali.

Gordon Bonello għamel ftuħ ukoll differenti u pjuttost differenti biex jintroduċi l-erba’ membri tal-ġurija Ray Attard, Howard Keith Debono, Sarah Zerafa u Maxine Aquilina.

L-għażla kienet f’idejn it-telespettaturi li għażlu lil Joseph “Il-Kapxi” Mangion u lil Ike & Kaya biex jgħaddu għall-finali. Mal-ewwel erba’ kien hemm ukoll Matthias Camilleri bil-wirja taċ-ċirklu tiegħu u Southville b’wirja ta’ żfin. Bil-vot tal-ġurija Matthias għadda għall-finali.

Din kienet il-wirja tal-għarajjes iż-żgħar Ike u Kaya:

Joseph Mangion “Il-Kapxi” din id-darba ma kienx waħdu gaħx fuq il-palk kien akkumpanjat mill-banda.

Impressjonanti kienet għal darb’oħra l-wirja ta’ Matthias Camilleri.

Min se jkunu l-finalisti li jmiss tal-Malta’s Got Talent? Il-kompetizzjoni tkompli nhar il-Ħadd li ġej fid-9pm fuq TVM.