Filmat: Magħrufa l-aħħar tliet finalisti ta’ Malta’s Got Talent

L-aħħar tliet finalisti ta Malta’s Got Talent tħabbru lbieraħ wara edizzjoni tal-bieraħ filgħaxija fejn ipparteċipaw 10 parteċipanti oħra.

Dawn it-tlieta se jkunu qed jingħaqdu mas-sitta li diġà ntagħżlu fil-programmi li għaddew.

Mill-voti tal-pubbliku l-ewwel finalist imħabbar li għadda mal-finalisti kien il-grupp taż-żfin Kinetic.

Lapes ukoll għadda għall-finali.

L-aħħar żewġ wirjiet kienu Nicole Hammett u Yulan Law li ġew mal-ewwel erbà. Mill-voti tal-ġurija, Yulan kisbet tliet voti waqt li Nicole kisbet il-vot ta’ Sarah Zerafa u b’hekk Yulan ingħaqdet mal-finalisti l-oħra.

Dawn huma l-finalisti mħabbra l-ġimgħa l-oħra:
Filmat: Jitħabbru tliet finalisti oħra ta’ Malta’s Got Talent

Min jirbaħ il-Malta’s Got Talent se jkun qed imur lura d-dar b’€25,000.