Filmat: “Magħmudija 10 sekondi wara li twieled” – missier Raphael

Missier irrakkonta kif mat-twelid ta’ ibnu t-tobba qalulhom li wisq probabli ma kienx se jgħix, tant li 10 sekondi wara li twieled għamlulu l-magħmudija.

Raphael twieled bi problemi serji f’saħħtu, madanakollu llum il-ġurnata qiegħed jilgħab il-bandli.

F’filmat qasir qabel L-Istrina, missier Raphael spjega li t-tobba kienu qalulhom li kellu bżonn intervent immedjat li jaf ma kienx se joħroġ ħaj minnu.

Fi 3 ijiem kellna nsiefruh; dis-sena għamel il-quċċija

Kylie għamlet 2 trapjanti; illum tagħmel il-ġinnastika

Tista’ tgħin lil tfal bħal Kylie billi tagħmel donazzjoni fl-Istrina fis-26 ta’ Diċembru.